Il-konsulent tal-produzzjoni tal-festival Mużika Mużika, Jason Micallef, qal li l-festival kanzunetta Maltija laħaq livell li jħabbatha ma’ dawk li spiss naraw fuq stazzjonijiet barranin.

Jason Micallef qal dan wara xhur twal ta’ ħidma biex f’dawn l-aħħar tlett’ijiem, il-poplu Malti gawda minn spettaklu ta’ mużika lokali. Huwa saħaq li l-akbar sodisfazzjon tiegħu jibqa’ li n-nies tapprezza, meta tirċievi prodott kif suppost. Iddiskriva Mużika Mużika bħala l-festival li nħoloq biex jagħti gost lin-nies, għalhekk Mużika Mużika huwa min-nies għan-nies.
Kurt Calleja bil-kanzunetta ‘Bla Tarf‘ rebaħ l-edizzjoni ta’ din is-sena. Issa l-istennija hija għat-tħabbira tad-dati għal Mużika Mużika 2023.
