Il-Festival Internazzjonali tal-Arti (MIAF) għat-tieni sena ngħata l-label ‘Europe for Festivals, Festivals for Europe’ magħrufa wkoll bħala l,-‘EFFE Label’. Dan ikompli juri l-impenn artistiku li dan il-festival għandu f’pajjiżna kif ukoll l-impatt li jħalli fuq is-soċjetà mhux biss fuq is-soċjetà Maltija iżda wkoll Ewropeja.
Din is-sena il-festival li se jsir bejn id-29 ta’ Ġunju u l-15 ta’ Lulju se tkun edizzjoni speċjali minħabba li se tkun parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-‘Valletta 2018’. Il-festival ta’ kull sena qed isir pjattaforma għall-artisti ta’ diversi ġeneri kemm dawk lokali kif ukoll internazzjonali.