Bejn tmenin u mitt elf persuna llejla mistennija joħonqu l-Belt Valletta għall-ftuħ tal-Valletta 2018.
Dan hekk kif fil-Belt Valletta għaddejjin l-aħħar preparamenti biex tul il-jum jingħata bidu għall-Valletta 2018 permezz ta’ serata li se tieħu madwar 10 sigħat u li fiha se jieħdu sehem madwar elf artist u ħames mitt tekniku u kif ukoll ser jattendu madwar tmenin delegazzjoni ewropeja u tletin gurnalist internazzjonali
Kollox jibda fil-ħamsa ta’ wara nofs in-nhar f’ Dar il-Meditterran għall-Konferenzi fejn hemm hekk se ssir iċ-ċerimonja uffiċjali.
Biex imbagħad l-ispettaklu jitkompla fit-toroq tal-Belt Valletta b’ mod partikolari fl-Erba’ Pjazez prinċipali dik ta’ Tritoni, Pjazza Kastilja, San Ġwann quddiem il-Kon-Katidral u Pjazza San Ġorġ.
Kif jispjega d-Direttur Loġistiku tal-Valletta 2018 – Sandro Kitcher.Kitcher qal li “Ix-xows kollha huma ta’ għoxrin minuta u jirrepetu kull siegħa mis-19:00, jigifieri il-pubbliku li jrid jara l-4 shows ma jistax jiġi aktar tard mit-20:00 għax għandek erba’ sigħat biex tara x-xows kolla.”
Iżda apparti fl-erba pjazez ser ikun hemm spettaklu sħiħ tul it-toroq fejn anke l-passaġġ tan-nies jimxu ser ikun wieħed ikkontrollat u bid-direzzjonijiet dan għall-iżjed organizazzjoni u f’ forma ta’ ċirkwit.
Sostna li “Id-dhul se jsir biss minn bieb il-Bel u ħruġ minn Gilormu Cassar għat-trasport pubbliku u karozzi u minn ġej bil-baħar jitla’ u jinżel mit-toroq l-atterali tal-Belt.”
Is-sigurta’ fil-Belt Valletta ser tkun waħda stretta u b’ ko-ordinazzjoni bejn il-forzi tas-sigurta’ kollha bit-toroq se jkunu magħluqin bil-barriers tal konkrit, b’ħafna pulizija fit-toroq kif jsir f’avvenimenti oħra.
Kitcher appella ukoll biex kull minn beħsiebu jerħielha lejn il-Belt Valletta jaħseb kmienu u juża t-trasport pubbliku.
Spjega li “It-trasport pubbliku biss ser jibqa’ dieħel – iktar viċin tal-Belt Valletta li jasal sa ħdejn il-monument tal-gwerra. Wara l-5pm t-traffiku jieqaf kollu ħdejn il-Bieb tal-Bombi. Nappellaw biex jużaw it-trasport pubbliku.”
F’ kull eventwalita’ ser ikun hemm diversi ambulanzi u kliniċi madwar il-Belt Valletta u kif ukoll mal-mija u ħamsin uffiċjal tal-Fondazzjoni Valletta 2018 ser ikunu qed iduru madwar il-Belt Valletta, sabiex iservu bħala punt ta’ referenza.