Hekk kif matul din il-ġimgħa, fiż-Żurrieq għaddejja l-festa tal-Madonna tal-Karmnu, fil-pjazza ewlenija ġiet introdotta pjattaforma apposta fejn persuni b’diżabiltà jistgħu jgawdu l-festa mal-bqija tan-nies l-oħra.
Din il-pjattaforma li qegħda fil-ġenb tal-pjazza man-naħa tal-knisja tagħti veduta u stampa ċara tal-marċ u l-attivitajiet kollha li jkunu qegħdin isiru f’din il-pjazza.