Din is-sena, il-festa ta’ San Ġużepp tar-Rabat se tkun iċċelebrata darbtejn.
Dan hekk kif fil-festa propja, jiġifieri dik tad-19 ta’ Marzu se jsiru biss il-festi interni.
Dan minħabba li l-protokolli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa dwar il-festi se jinbidlu fix-xahar ta’ April.
Imbagħad il-festa esterna, jiġifieri dik bħal qabel il-pandemija, se ssir nhar il-Ħadd 8 ta’ Mejju.
Hawnhekk se jkunu qed isiru festi interni fil-Knisja f’din il-ġimgħa, fosthom it-Tridu ta’ qabel il-festa.
Din il-ġimgħa wkoll tħabbar kif il-Karnival se jkun qed isir darbtejn, hekk kif fi Frar se jsiru attivitajiet ridotti, waqt li bejn l-20 u t-22 ta’ Mejju se jsir Karnival kif konna nafu qabel il-pandemija.