Fi stqarrija l-Għaqda Mużikali San Ġużepp ta’ Ħal Għaxaq ħabbret li għal din is-sena, il-festa ser tiġi iċċelebrata b’mod sħih bejn is-Sibt 17 u l-Hadd 25 ta’ Ġunju 2017, minflok fl-aħħar ġimgħa ta’ Mejju qabel l-ewwel Ħadd ta’ Ġunju
Dan tħabbar illum wara li l-Għaqda tkellmet mal-Kummissjonijiet Ġuzeppini u ġabet l-permessi neċessarji mill-awtoritajiet kemm ċivili u kemm eklessjastiċi.
It-tibdil fid-data sar minħabba li l-elezzjoni se tkun qed issir fit-3 ta’ Ġunju, 2017.
Propju ftit tal-ħin ilu one.com.mt irrapporta kif l-istatwa ta’ San Filep se tinħareġ ġimgħa tard.