Il-Paroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat tfakkar l-Festa ta’ Corpus bħala waħda mill-festi prinċipali tagħha.
Dan jixduh l-armar li hemm fit-toroq tar-Rabat u anki fil-knisja ta’ San Pawl – ilkoll imzejna b’tizjin mill-isbaħ għall-festa ta’ Corpus. Bl-artal maġġur armat b’sitta u sittin xema.
Il-festa ta’ Corpus tfakkar il-ġisem u d-demm ta’ Kristu. Bl-Arċipriet tal-Paroċċa ta’ San Pawl fir-Rabat, Louis Suban jispjega għaliex ir-Rabat tiċċelebra l-festa ta’ Corpus bħala festa ewlenija.
Il-knisja mibnija fuq il-grotta u peress li san pawl iċċelebra l-ewwel quddies f’Malta, nfakkru l-ewkaristija.
Interresanti l-fatt li tul is-snin, kull Papa li għamel żjara f’pajjiżna wera x-xewqa li jagħmel żjara f’din il-paroċċa.
Sinonimu mal-festa ta’ Corpus fir-Rabat hemm ukoll l-infjorata li iservi bħala tapit.
Is-sibt filgħodu numru ta’ voluntiera bdew izejnu din l-infjorata – li fiha mitejn u sittin pakkett ta’ fjuri.
Id-disinn tal-infjorata huwa b’simbolu tas-sagrament u San Pawl. Din is-sena – tissombolizza l-imħabba lejn il-festi.
L-infjorata titpoġġa quddiem il-bieb tal-knisja sabiex il-Ħadd, qabel il-purċissjoni, is-sagrament jgħaddi minn fuq dan it-tapit tal-fjuri.
Christopher Calleja voluntier spjega l-ħdima li isir ta’ kull sena sabiex tintrama l-infjorata.
Bdejna naħdmu mit-tnejn. Għandek l-qalb fin-nofs b’simbolu lejn iż-żewġ festi li għandna fir-Rabat.
Il-festa ta’ Corpus fir-Rabat tiġi iċċelebrata permezz taz-zewġ purċizzjonijiet waħda l-Ħadd filgħodu u l-oħra filgħaxija.
Festa li tattira lejha wkoll għadd ta’ turisti meta jżuru l-villaġġ storiku tar-Rabat.