l-fazzjoni esteremista fil-Partit Nazzjonalista qed tkompli żżid fid-doża ta’ attakki tagħha. Dan meta fl-aħħar sigħat, id-deputat tal-establishment Nazzjonalista Beppe Fenech Adami kiteb messaġġ li permezz tiegħu kompla jattakka l-Parlament taħt it-tmexxija tal-Ispeaker Anġlu Farrugia.
Beppe Fenech Adami sejjaħ ukoll lil Laburisti “kodardi” u qal li hu jifqilhom.
Fenech Adami kiteb din il-kitba, qabel it-Tnejn, fil-Parlament tiġi diskussa mozzjoni mressqa mill-Grupp Parlamentari Laburista, li tikkundanna l-aġir ta’ Karol Aquilina fil-konfront tal-Ispeaker tal-Parlament.
B’din il-kitba ta’ Fenech Adami ġiet ixxerjata mill-Kap de facto Nazzjonalista Karol Aquilina u mill-eks deputat Nazzjonalista u avukat tal-għaqda Repubblika Jason Azzopardi.
Imbagħad Aquilina xxerja din il-kitba ta’ Fenech Adami fuq gruppi privati Nazzjonalisti, sabiex dan il-messaġġ jasal għand il-partitarji Nazzjonalisti.
Is-Sibt waranofsinhar, fi stqarrija mill-Partit Nazzjonalista ffirmata mill-Kap Bernard Grech, li qal li l-Gvern huwa “faxxista”.
Din l-istqarrija ta’ Grech kienet fuq l-istess kliem li qal Fenech Adami fil-kitba tieghu fuq il-midja soċjali.
ONE News jinsab informat li wara din l-istqarrija wkoll hemm Karol Aquilina.
Tant li fl-istqarrija, Grech qal li l-mozzjoni mressqa mill-Partit Laburista “hija mimlija gideb”.
Din l-istqarrija hi tentattiv ċar sabiex il-Partit Nazzjonalista jaqbeż għal Aquilina. L-aġir tal-Kap de facto Karol Aquilina ġab l-istmerrija ta’ bosta, hekk kif intqal li l-aġir tiegħu mhumiex xieraq għall-ogħla istituzzjoni tal-pajjiż.
AQRA WKOLL: