Il-Malta Motorsport Federation (MMF) laqgħet b’sodisfazzjon li l-Gvern reġa’ għal darb’oħra ikkonferma li qed ikun qed jagħmel il-pass li jmiss biex iwettaq il-proġett tant mistenni minn ħafna dilettanti tal-isport tal-Motorsport, jiġifieri il-progett tant mistenni tat-Trakka tal-Karozzi.
Fi stqarrija l-President ta’ din l-għaqda qal li dan il-pass sar wara sensiela ta’ laqgħat intensivi kemm ma’ l’Onor Clifton Grima, kif ukoll ma’ entitajiet governattivi li uffiċċjali tal-Malta Motorsport Federation kellhom biex setgħa sar l-analizi u l-istudju neċessarju biex jagħti direzzjoni iktar ċara lil Gvern fuq din il-wegħda elettorali.
Kif għamlet fis-snin li għaddew, il-Federazzjoni ser tkompli toffri s-sapport totali lill-Gvern biex fis-sena li ġejja, jagħmel dawk il passi konkretti li jmiss b’mod ċar ħalli din il-ħolma ta’ ħafna snin titwettaq
mingħajr aktar dewmien għad-detriment tal-ħafna dilettanti u ghal-izvilupp ta dan is-Sport.
Madankollu, Il-Federazzjoni stqarret li xtaqet tara numru ta’ miżuri temporanji sabiex jieħdu post it-0trakka sakemm titlesta.