Il-Malta Motorsport Federation (MMF) flimkien mal-komunitá tal-motorsports f’pajjiżna laqgħu l-aħbar li l-proġett għaċ-ċirkwit għat-tlielaq tal-karozzi u l-muturi se jkun qed isir f’żona f ‘Ta Qali.
Il-federazzjoni stqarret li se tkun qed tagħti l-assistenza kollha neċċessarja biex din id-deċiżjoni pożittiva twassal biex il-proġett nazzjonali jitwettaq.
Din hija wegħda oħra tal-Partit Laburista li se tkun qed titwettaq. Id-dilettanti tal-karozzi ilhom jiġu mwiegħda din it-trakka għal 50 sena. Il-MMF qalet li tinsab ħerqana li wara x-xogħol kollu li għamel is-Segretarjat sport u l-enitajiet kollha relevanti fl-aħħar snin se jkun qed iwassal għar-riżultati.
Il-Federazzjoni talbet għal aktar informazzjoni dwar is-sit u ż-żona li fiha se jkun qed isir iċ-ċirkwit għat-tlielaq tal-muturi u l-karozzi. L-MFF irrimmarkat l-importanza li ż-żona tkun adegwata u sigura għad-dilettanti.