Il-Federazzjoni Maltija tal-Judo (MJF) kellha laqgħa uffiċjali mal-Kap Eżekuttiv il-ġdid tal-AiMS Jean Claude Micallef.
Għal din il-laqgħa attendew l-għola uffiċjali tal-Federazzjoni fosthom il-President Envic Galea, is-Segretarja Ġenerali Louisa Galea u t-Teżorier Alexis Milne.
Fil-Laqgħa ġew diskussi diversi suġġetti li varjaw minn edukazzjoni, l-importanza tar-rwol ta’ l-Uffiċjal tal-Integrita’ fil-Federazzjonijiet Sportivi, iżda wkoll l-problemi ta’ burkrazija esaġgerata li qed jaffaċċjaw magħhom l-federazzjonijiet iż-żgħar, iktar u iktar, il-klubs iż-żgħar.
Matul il-laqgħa, il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorita’ għall-Integrita’ fl-Isport ta ħarsa dettaljata tax-xogħol li kien għaddej mill-Awtorità fl-aħħar ġimgħat. Matul il-laqgħa, is-Sur Micallef spjega wkoll il-proċess ta’ reġistrazzjoni ssimplifikat propost u ta dettalji dwar l-inizjattiva tal-Awtorità li se torganizza fil-ġimgħat li ġejjien korsijiet ta’ Uffiċjali tal-Integrità.
Is-Sur Micallef kien akkumpanjat għal din il-laqgħa minn Dr Karen Zammit Southerwood, Direttur tal-Affarijiet Legali u Regolatorji fl-AiMS.