Il-Federazzjoni Ġermaniża tal-futbol (DFB) qalet li se tieħu passi legali fil-konfront tal-FIFA dwar id-deċiżjoni li ħadet nhar it-Tnejn li għadda li ma tistax tintuża il-OneLove rainbow armband. Il-Ġermanja bħall-Ingilterra, Wales, il-Belġju, l-Olanda, l-Iżvizzera u d-Danimarka, kienet tuża din il-OneLove rainbow armband bħala l-faxxa tal-captain.
Minħabba din id-deċiżjoni, il-katina ta’ supermarkets popolari ħafna fil-Ġermanja, Rewe, għażlet li twaqqaf l-isponsor tagħha li kellha mat-tim nazzjonali. Il-kumpanija Deutsche Telekom qalet li hi wkoll se tiddiskuti dan is-suġġett mad-DFB.
Ritratt: Sky News.