Skont rapporti fil-midja Ċiniża, il-fdalijiet tar-rokit Ċiniż niżlu fis-sigħat bikrin tal-Ħadd fl-Oċean Indjan, viċin il-gżejjer tal-Maldives.
Siti tal-intraċċar tal-Istati Uniti u l-Ewropa kienu qed isegwu l-waqgħa bla kontroll tal-vettura spazjali ċiniża li kienet tiżen mat-18-il tunnellata.
Fil-jiem li għaddew kien hemm biża’ illi l-fdalijiet tar-rokit jinżlu f’żoni abitati, madanakollu esperti tal-ispazju bassru illi ċ-ċans li persuni jintlaqu mit-tifrik kien minimu.