“Jixraqilna aħjar … Nazzjonalisti” – Din hi l-għajta tal-fazzjoni tal-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.
Malli ħarġu l-ewwel indikazzjonijiet, li l-Partit Nazzjonalista ġarab l-ikbar telfa fl-istorja politika u tilef ir-raba siġġu, l-fazzjoni tal-eks kap Simon Busuttil ireaġġixiet.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalulna li l-fazzjoni tal-eks kap busuttil ħarġet bl-għajta – jixraqilna aħjar , nazzjonalisti.
Mal-kazini tal-Partit Nazzjonalista ta’ San Pawl il-Baħar, Ħal Balzan, San Ġwann u Swieqi twaħħlu karti b’dan il-messaġġ li n-nazzjonalisti jixrqilhom aħjar.
Saħħansittra sar ukoll poster, b’ritratti ta’ meta l-partit nazzjonalista kien fil-glorja, bil-messaġġ – We deserve better.
Dan huwa l-ewwel sinjal tal-inkwiet li se jkompli jikber fil-Partit Nazzjonalista, wara din l-ikbar telfa għall-Partit Nazzjonalista imexxi mill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia. Telfa li waslet ukoll biex l-Partit Nazzjonalista jitlef ir-raba siġġu.