Is-Segretarju Parlamentari għar-Riformi, Ċittadinanza u Simplifikazzjoni tal-Proċessi Amministrattivi Julia Farrugia Portelli ferħet lill-kandidati kollha eletti fil-Parlament Ewropew, b’mod partikolari dawk nisa.
Is-Segretarju Parlamentari Farrugia Portelli tenniet li l-fatt li nofs il-kandidati eletti huma nisa huwa sinjal pożittiv ħafna u tħares ’il quddiem biex fil-Parlament Malti wkoll ikollna ugwaljanza firrappreżentanza.
Bħala s-Segretarju Parlamentari responsabbli minn din ir-riforma hija tenniet li l-ugwaljanza u l-bilanċ bejn is-sessi m’għandhomx kuluri politiċi u hija bżonjuża jekk tassew nemmnu f’soċjetà
inklussiva.
Fl-istess waqt hija fakkret illi bħalissa għaddejja l-konsultazzjoni pubblika dwar miżuri pożittivi għal rappreżentanza ugwali fil-Parlament ta’ pajjiżna u din se tibqa’ miftuħa sas-Sibt, 8 ta’ Ġunju.
Tista’ tniżżel kopja tad-dokument konsultattiv minn dan il-link:
https://reforms.gov.mt/en/Documents/PublicConsultations/Gender_Balance_In_Parliament_Reform.pdf