Id-diskors tal-Papa Franġisku dwar Malta fl-udjenza ġenerali tal-Erbgħa, kien wieħed sorpriża. Dan għax mhux il-prassi tas-soltu lill-Papa jagħmel diskors sħiħ fuq il-pajjiż li jkun żar. Minkejja li ġeneralment dejjem jagħmel referenza għal pajjiż li jkun żar qabel iżda qatt ma jagħmel diskors sħiħ.
Stqarr dan l-Ambaxxatur Malti għas-Santa Sede, Frank Zammit li ilu midħla tal-kurituri tal-Vatikan għal dawn l-aħħar snin.
Frank Zammit qal, “Però kienet ukoll għalija sopriża lill-udjenza ġenerali kollha kienet fuq Malta. Il-Papa deher li ħa pjaċir ħafna Malta, grad bil-provi, semma’ ħaġa ħaġa x’għamel Malta. Hu rringrazzja lill-awtoritajiet sa niżel fil-Kumitat Organizattiv. Semma’ ħafna l-inkontru li kellu mall-immigranti fil-Laboratorju tal-Paċi.”
L-Eċċellenza tiegħu Zammit qal ukoll li l-Papa semma ħafna lill-pajjiżna fil-pożittiv.
L-ambaxxatur Malti, “Għamel aġġettivi dwar Malta, Malta l-forza tal-pajjiżi ż-żgħar. Il-Papa eloġja ħafna lill-pajjiżna. Issa l-appell tal-Papa bħal bieraħ immur mal-erbat irjieħ tad-dinja. Jiġifieri ħafna pajjiżi jkunu konxji ta’ dan l-indirizz.”
L-Ambaxxatur Malti fil-Vatikan qal li ġeneralment l-Udjenza Ġenerali tagħlaq żjara appostolika tal-Papa, iżda d-diskors ma jkunx kollu kkonċentrat fuq din iż-żjara.
Zammit qal, “Pereżempju jagħmel udjenza imbagħad isemmi fejn mar, imma dan mill-ewwel linja kienet ilbieraħ. Mill-ewwel linja sal-aħħar linja tagħha.”
Zammit qak li allura wieħed jista’ jasal għall-konklużjoni li din iż-żjara kienet waħda ta’ suċċess u ħalliet il-frott mixtieq.
Tenna, “Iż-żjara appostolika tal-Papa irnexxiet mitejn fil-mija u ħa tibqa’ tħalli ġid warajha.”
L-Udjenza Ġenerali tal-Papa ssir kull nhar ta’ Erbgħa u tiġbed eluf ta’ persuni fil-Vatikan. Iżda tiġi segwita minn miljuni ta’ nies minn madwar id-dinja.
Qal, “Sabiħa ħafna nerġa’ ngħid l-Papa ħa gost Malta bil-provi għax ir-reazzjoni tiegħu fil-pubbliku kienet l-Udjenza Ġenerali. Ma setax jelloġja aktar lill-pajjiżna milli elloġja.”