Minħabba l-baħar qawwi li bħalissa qed jolqot il-fliegu bejn il-gżejjer Maltin il-vapur t’Għawdex qed jaħdem mill-moll tan-Nofsinhar u mhux minn dak prinċipali. Dan ħabbritu l-kumpanija Gozo Channel permezz ta’ stqarrija.
Fl-istess waqt, is-servizz tal-fast ferry bejn il-gżejjer ġie sospiż ukoll minħabba l-qawwa tal-baħar. Dan is-servizz mistenni jibqa’ sospiż sakemm titjieb il-kundizzjoni tal-baħar bejn il-kosta tal-Lvant ta’ Malta u l-port tal-Imġarr Għawdex.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI