Jgħidu li aħna poplu bieżel, u jekk niġu f’dan, anke l-farfett il-lejl li nsibu f’pajjiżna jidher li ma jorqodx daqs dak f’pajjiżi oħra.
Però mhux għax irid. Riċerka li qed issir mill-Università ta’ Malta titfa’ dawl interessanti fuq din l-ispeċi f’pajjiżna u żgur li tgħarrafna dwar affarijiet li ma konniex nafu.
Clare Mifsud hija voluntiera li taħdem mal-NGO Bicref, li qed twettaq proġett dwar il-konservazzjoni tal-friefet il-lejl.
Xogħol Bicref qajjem l-interess ta’ ONE News, u għalhekk kellimnihom dwar l-aħħar studju tagħhom. Clare Mifsud qed tagħmel id-dottorat u tirriċerka f’dan il-qasam, bl-għajnuna ta’ Dr Adriana Vella mid-Dipartiment tal-Bioloġija fi ħdan l-Universita’ ta’ Malta.