Sitt xhur wara l-isplużjoni li seħħet fil-port tal-kapitali Lebaniża Bejrut, bosta qraba tal-vittmi għadhom jfittxu t-tweġibiet sabiex issir ġustizzja magħhom.
L-avukat li qed jirrapreżenta dawn il-mijiet ta’ familji qed jistaqsi għall-għajnuna wkoll lill-awtoritajiet ingliżi.
Minkejja li aktar minn 200 ruħ tilfu ħajjithom u 7,500 sfaw midruba, kien hemm ukoll 300,000 persuna oħra li sfaw mingħajr saqaf fuq rashom f’tebqa t’għajn. Sa issa ħadd għadu ma ħa r-responsabilità għal din it-traġedja.
Bosta avukati u investigaturi tennew li tħallew fl-għama mill-awtoritajiet u jinsabu ddisprati sabiex isibu r-risposti għall-dawk li qed jirrapreżentaw.