F’kummentarju politiku li għamel fuq il-midja soċjali, il-kandidat tal-Partit Laburista għall-Elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew Dr Alex Agius Saliba qal li jkun inutli li wieħed jitkellem fuq is-surplus u t-tkabbir ekonomiku bla preċedent li qed jesperjanzaw il-Gzejjer Maltin, jekk il-Gvern ma jirnexxilux iqassam il-ġid li qed jinħoloq b’mod bilanċjat mal-familji Maltin u Għawdxin, fuq il-prinċipju tal-ġustizzja soċjali li fuqu mibni l-Partit Laburista.
Dr Agius Saliba sostna li l-familji huma l-mutur ekonomiku u s-sinsla tal-pajjiz u spjega kif għaldaqstant il-Gvern qiegħed dejjem jassigura li jkun hemm dan it-tqassim b’mod ġust ma’ kulħadd. Kompla jgħid li l-baġit li ġie allokat għas-sena d-dieħla qed ikompli jimxi fuq din il-linja ta’ tqassim tal-ġid li qed jiġi kreat u għamel referenza diretta għal diversi mizuri importanti.Semma fost l-oħrajn kif mizuri ta’ suċċess bħal dawk tac-child care b’xejn, l-iskemi tal-first-time u second-time buyers, u l-mizura tat-trasport b’xejn għall-istudenti tal-primarja u s-sekondarja ġew estizi u l-familji ser jibqgħu jgawdu minnhom għal sena oħra.
Agius Saliba semma wkoll li għal sena oħra, il-familji ser ikunu qegħdin jirċievu ċekkijiet ta’ rifuzjoni tat-taxxa, u qal li dan joħloq kuntrast kbir ma’ dak li kien jiġri taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti fejn il-familji kienu jirċievu kontijiet għoljin biss.
Il-kandidat Laburista aċċenna wkoll għall-impenn u l-ħidma tal-Gvern Laburista biex jagħti lill-familji Maltin u Għawdxin kwalita’ ta’ ħajja aħjar. Fakkar kif għal darb’oħra, il-Gvern Laburista ser ikun qed izid ġurnata leave oħra sabiex ikompli jagħti lill-ħaddiema aktar ħin ta’ kwalita’ mal-għeziez tagħhom.
Għaldaqstant, Dr Alex Agius Saliba kkonkluda b’appell biex il-pajjiz ikompli miexi f’din it-triq li qabad sabiex ikompli jiġi assigurat li l-ħajja tal-familji tagħna tkompli titjieb u tissaħħaħ.