Il-familjari tal-passiġġieri abbord it-titjira Malaysia Airlines, li kienet għosfrot f’Marzu tal-2014, għadhom jittamaw li l-familjari tagħhom għadhom ħajjin.
L-ajruplan għosfor meta kien fi triqtu lejn Beijing minn Kuala Lumpura u minkejja li saret l-akbar tfittxija fl-istorja tal-avjazzjoni, l-ajruplan baqa’ qatt ma nstab.
Intant, nhar il-Ġimgħa, diversi membri tal-familja ta’ dawk li għosfru, inġabru viċin l-ambaxxata tal-Malasja, f’Beijing, fiċ-Ċina, u appellaw sabiex ikomplu t-tfittxijiet, hekk kif dawn waqfu madwar 7 snin ilu.
Li Shuce, li tilef lil ibnu f’dan l-inċident, qal li għadu jittama hekk kif jemmen li ibnu għadu ħaj u li se jirritorna lura magħhom daqt.