L-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali ta’ New York qal li qed jinvestiga l-organizzazzjoni Trump dwar inkjesta kriminali.
Kelliem għall-ogħla prosekutur tal-istat qal illi hi kienet qed tagħmel skrutinju fuq negozji finanzjarji tal-eks President Repubblikan Donald Trump qabel ma daħal fl-ogħla kariga fil-Whitehouse.
Il-familja Trump ċaħdet dawn l-allegazzjonijiet u qalet illi din l-inkjesta, li qed issir minn prosekutur Demokratiku, hija vendetta politika.