Għall-okkażjoni ta’ Jum l-Omm, omm il-Prim Ministru Robert Abela, Margaret, ħadet ħsieb li tlaqqa’ lill-Prim Ministru u l-familtu virtwalment minħabba li din is-sena ma setgħux jiltaqgħu għall-ikla.
Il-Prim Ministru u s-Sinjura Lydia Abela rringrazzjaw lill-ommijiethom għas-sagrifiċċji li dejjem għamlu għalihom, kif ukoll għall-imħabba li jagħtuhom ta’ kuljum.
Giorgia Mae bagħtet bewsa lis-Sinjura Lydia Abela, li tiddedika ħajjitha għaliha.
Il-Prim Ministru Robert Abela awgura lill-ommijiet kollha fil-jum li fih qed niċċelebraw l-imħabba tagħhom.