Il-familja ta’ Shamima Begum, it-tfajla ta’ 19-il sena li ta’ 15-il sena marret is-Sirja biex tingħaqad mal-Istat Iżlamiku, lesti jieħdu azzjoni legali.
Dan hekk kif il-Gvern Ingliż mistenni jneħħilha ċ-ċittadinanza Ingliża.
Fl-aħħar jiem Begum kienet fl-aħbarijiet, hekk kif talbet biex titħalla tmur lura l-Ingilterra biex hemm trabbi lil binha ta’ ftit jiem.
Però f’intervisti ma’ aġenziji internazzjonali tal-aħbarijiet, inkluż il-BBC, hi ftit li xejn uriet rimors għall-azzjonijiet bla skruplu tal-Istat Iżlamiku, inkluż l-attakk f’Manchester.
Jidher li l-pjan tar-Renju Unit li jneħħilha ċ-ċittadinanza hu għaldaqstant immotivat minn kwistjonijiet ta’ sigurtà, u bir-raġunament li Begum għandha dixxendenzi mill-Bangladesh, u tista’ tapplika għal dik iċ-ċittadinanza.