Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela flimkien mal-mara tiegħu Dr Lydia Abela, u t-tifla tagħhom Georgia Mae ltaqgħu ma’ Papa Ljun XIV.
Dan hekk kif illum beda uffiċjalment il-Pontifikat ta’ Papa Ljun XIV bħala l-Mexxej tal-Knisja Kattolika u s-Suċċessur ta’ Pietru.
Din il-laqgħa bejnithom saret wara ċ-ċerimonja ta’ dalgħodu fejn matulha mexxa quddiesa u dar ma’ Pjazza San Pietru bil-popemobil.
Intant, preżenti għaċ-ċerimonja mal-Familja Abela kien hemm l-ogħla awtoritajiet madwar id-dinja fosthom il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola, u l-President tal-Ukrajna Volodymr Zelensky.