Il-Prim Ministru Robert Abela flimkien ma’ martu Lydia u binthom Giorgia Mae sellmu lil bosta nies li nġabru barra l-Berġa ta’ Kastilja.
Dan wara li Dr Abela ħa l-ġurament tal-ħatra bħala l-14-il Prim Ministru ta’ Malta.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Fid-daħla tal-Berġa ta’ Kastilja, il-familja Abela ngħatat merbħa mill-isbaħ minn dawk preżenti u ġiet milqugħa mill-Kap taċ-Ċivil Mario Cutajar.
Il-Berġa ta’ Kastilja hija l-Uffiċċju tal-Prim Ministru Robert Abela għal ħames snin li ġejjin.