Dalgħodu l-Forzi Armati ta’ Malta reġgħu bdew bit-tfittxijiet għaż-żagħzugħ ta’ 29 sena mill-Bangladesh li sab ruhu f’diffikultà meta kien qed jgħum fl-Aħrax tal-Mellieħa.
Huwa kien qed jgħum ma’ sieħbu ta’ 21 sena li rnexxielu jitla’ waħdu fuq il-blat. Iżda ż-żagħzugħ ta’ 29 sena għeb. Magħhom kien hemm żewg persuni oħra li ma niżlux jgħumu.
Tard ilbieraħ filgħaxija l-FAM waqfet it-tfixxijiet tagħha. Dawn isskotaw dalgħodu, u l-Forzi Armati qed jużaw kemm il-helicopter kif ukoll id-dgħajsa tas-salvataġġ, Melita.