Il-kollasss f’daqqa ta’ waħda mill-akbar kumpanija tal-ivjaġġar fl-Ewropa, Thomas Cook, ix-xahar li għadda, ħassret il-vaganza ta’ 600,000 turist. Kif ukoll mijiet ta’ eluf ta’ persuni oħra kellhom il-vaganzi bbukjati mal-kumpanija meta ħarġet l-aħbar tal-falliment.
L-għeluq ta’ Thomas Cook tfisser theddida fuq parti mis-settur turistiku fi Spanja, filwaqt li x-xogħlijiet ta’ diversi ħaddiema fit-turiżmu u ħaddiema ta’ kumpaniji sussidjarji ta’ Thomas Cook wkoll jinsabu f’riskju.
Il-konfederazzjoni Spanjoli tal-Lukandi u l-Akkomodazzjoni qalet li 1.3 miljun turist li kienu mistennija matul l-istaġuni tal-ħarifa u x-xitwa ma jistgħux itiru lejn destinazzjonijiet Spanjoli. Dan jirriżulta f’għeluq ta’ minn tal-inqas 500 lukanda, jiġifieri telf għas-settur turistiku Spanjol li jleħħaq il-miljuni ta’ ewro.
Il-Gvern Spanjol ħabbar pakkett ta’ miżuri li jlaħħaq it-300 miljun ewro, inkluż linji ta’ kreditu ta’ emerġenza u tnaqqsi fit-tariffi tal-ajruport partikolarment hubs fil-gżejjer Baleariċi u Kanari. Kif ukoll pjanijiet għal titjib fl-infrastruttura turistika li tlaħħaq in-nofs biljun ewro.