Il-midja internazzjonali belgħet il-lixka tal-midja Maltija meta jumejn ilu rikbu fuq ‘fake news’ ppubblikata minn diversi kmamar tal-aħbarijiet indipendenti Maltin.
L-aħbar kienet iddur ma’ Peter, il-kelb tad-Dwana li skont il-midja indipendenti u tal-knisja, solva l-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia wara li xi jiem ilu qabad passiġġier Malti ħiereġ mill-ajruport ta’ Malta b’aktar minn €200,000 fi flus kontanti.
Fid-disgħa u għoxrin ta’ Novembru rapporti fil-midja qalu li l-qabda tal-kelb wasslet lill-Pulizija għal Melvin Theuma, l-middle man fil-każ tal-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Madankollu, l-Ħadd filgħodu, jumejn wara li din l-istorja qabdet tiċċirkola fuq il-midja internazzjonali fosthom fuq il-ġurnal Ingliż The Guardian, Lovin Malta belgħet kull ma kienet qalet u talbet skuża hekk kif din l-istorja kienet Fake News.