ONE
  • Aħbarijiet
    • Lokali Internazzjonali Mill-Parlament ELEZZJONIJIET 2024 Baġit 2025 Unjoni Ewropea Sport Spiżeriji Aktar
      Lokali

      Tissokta x-xhieda tal-“Koħħu” fil-ġuri dwar iż-żewġ omiċidji ta’ Caruana Galizia u Chircop

      13 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Wirja biex tiskopri l-ġawhriet moħbija fil-Knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu 

      13 ta’ Mejju 2025

      Lokali

      Mil-lejla tibda l-Konferenza Ġenerali Straordinarja tal-Partit Laburista bit-tema ‘Il-Ġid għall-Maltin’

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Illejla jibda l-Eurovision… Malta fit-tieni semifinali tal-Ħamis

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Ġlied bejn gruppi militari differenti fi Tripli … uffiċjali Maltin siguri

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Il-President Amerikan offra li jkun preżenti għat-taħdidiet bejn ir-Russja u l-Ukrajna dwar…

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Fil-Bulgarija se jsir referendum dwar jekk għandhomx jidħlu fiż-Żona Ewro

      13 ta’ Mejju 2025

      Internazzjonali

      Investigati nirien fil-proprjetajiet tal-Prim Ministru Starmer f’Londra

      13 ta’ Mejju 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      27 ta’ Marzu 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      18 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      5 ta’ Frar 2025

      Mill-Parlament

      Mill-Parlament

      3 ta’ Diċembru 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Il-PN se jiġbor il-flus biex jitla’ fil-Gvern – Bernard Grech

      17 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Jiddedika is-suċċess elettorali lil missieru

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Cacopardo: Jekk il-PN ma jirrispettax nies leali bħal James Cauchi, immaġina x’jista’…

      16 ta’ Ġunju 2024

      ELEZZJONIJIET 2024

      Rieda u kuraġġ biex nieħdu d-deċiżjonijiet favur il-prijoritajiet tal-pajjiż – il-PM 

      16 ta’ Ġunju 2024

      Baġit 2025

      “Baġit li jagħti s-soluzzjonijiet għall-isfidi tal-lum u li jindirizza l-prijoritajiet tan-nies” –…

      25 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Miżuri soċjali fl-inklużjoni u l-volontarjat li qed jilħqu lil kulħadd

      18 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

       Il-Gvern se jkun qed jinvesti €1.2 biljun fil-pensjonijiet – il-Prim Ministru mat-Times

      17 ta’ Novembru 2024

      Baġit 2025

      Il-Prim Ministru jiddiskuti l-Baġit mal-Youth Advisory Forum u għaqdiet oħrajn taż-żgħażagħ

      15 ta’ Novembru 2024

      Unjoni Ewropea

      Il-KE Malti jħabbar tisħiħ tal-programm tal-UE Erasmus+ li minnu jgawdu wkoll eluf…

      17 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      Metsola tgħid li qed titfi n-nar iżda tinsisti li l-UE m’għandhiex alternattiva…

      8 ta’ April 2025

      Unjoni Ewropea

      EWROBAROMETRU: Il-maġġoranza assoluta tal-Maltin kontra l-investiment fl-armi mill-UE

      25 ta’ Marzu 2025

      Unjoni Ewropea

      48% biss tal-Maltin għandhom fiduċja fil-Parlament Ewropew 

      25 ta’ Marzu 2025

      Sport

      Ċikliżmu: Aidan Buttigieg u Deborah Schembri jirbħu  l-ewwel tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali Time…

      13 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Atletika: Josann Attard Pulis u Mark Herera juru konsistenza fil-Hudson Race Series

      13 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Hockey: GREE Żurrieq Wolves Hotsticks fil-finali tal-kompetizzjoni KO

      13 ta’ Mejju 2025

      Sport

      Blackball: Cospicua Rangers A punt biss bogħod mil-leaders

      13 ta’ Mejju 2025

      Spiżeriji

      Ara liema spiżeriji ħa jkunu miftuħa Ħdud u festi

      27 ta’ Frar 2025

      Aħbarijiet

  • Lifestyle
    • Televiżjoni Radju Divertiment Kurżitajiet Aktar
      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Jiftħu l-applikazzjoni għal staġun ġdid ta’ Brillanti fuq ONE

      11 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      Sorpriża finali għall-aħħar edizzjoni ta’ Arani Issa ta’ dan l-istaġun

      10 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Radju

      Donazzjoni ta’ €5,000 minn ONE Club b’risq l-istazzjonijiet ONE

      20 ta’ Diċembru 2024

      Radju

      ONE Radio 92.7fm – 60 programm differenti matul is-sajf

      2 ta’ Lulju 2024

      Radju

      Sandro Mangion bl-Ewropa ma’ belgħa kafè

      18 ta’ April 2024

      Radju

      ARA: Trio jingħaqdu għal programm speċjali lejlet il-Milied fuq l-istazzjonijiet ONE

      18 ta’ Diċembru 2023

      Divertiment

      ARA: Il-ħames semifinali ta’ Brillanti Singers fuq ONE

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Tibda l-avventura ta’ Malta fil-konkors Miss World ta’ din is-sena

      6 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Divertiment

      ARA: Ir-raba’ semifinali ta’ Brillanti Singers b’aktar talent u sorpiżi.

      29 ta’ April 2025

      Kurżitajiet

      Imut l-attur Joe Ciappara li rajnih waqt ‘Prezz l-Imħabba’ u ‘Għaqda Għoqda’…

      9 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Hayley Ghiller f’isem Malta għal Miss Supranational fil-Polonja

      5 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      Joven Grech Tenishia jippreżenta donazzjoni lill-YMCA Malta

      3 ta’ Mejju 2025

      Kurżitajiet

      L-ewwel eliminazzjoni ta’ Liquorish 2025

      14 ta’ April 2025

      Lifestyle

      Konfrontazzjoni waqt Liquorish ta’ din il-ġimgħa

      12 ta’ Mejju 2025

      Lifestyle

      ”L-Omm li tatna isimha” – Monument ġdid ix-Xatt tal-Kalkara

  • DIRETT
  • ERĠA’ SEGWI
  • ONE | Play
  • Riklamar
  • KullĦadd

KullĦadd

Il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin …

minn KullĦadd 13 ta' Frar 2025
minn KullĦadd 13 ta' Frar 2025

BEJTA TAD-DROGA TAĦT GONZIPN

Taħt GonziPN, il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienet mekka u bejta tad-droga, b’barunijiet tad-droga ­joperaw mill-Faċilità u ħafna priġunieri li jidħlu fil-faċilità mingħajr qatt ma kienu missew droga u joħorġu minn hemm ġew bħala drug addicts. Saħansitra kien hemm persuna li fl-2010 ħalla ħajtu permezz ta’ overdose fl-istess Faċilità. 

REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI

Għadha friska wkoll il-memorja ta’ sentenza mogħtija mill-Qorti fl-2011, fil-konfront ta’ Josette Bickle, illum mejta, fejn il-Qorti kienet iddeskrivietha bħala ‘r-Reġina tad-droga fil-ħabs.’ Fl-istess sentenza, ingħad li kienet tbigħ id-droga eroina mid-diviżjoni tan-nisa bi prezz tliet darbiet aktar minn dak tas-soltu u l-ħlas kien ikun jew flus, jew inkella billi jkun hemm min jgħinha tinħasel, jaħslu l-art u jippre­parawlha l-ikel. Mix-xhieda fil-kawża, ħafna xehdu kif  kellha kontroll assolut tad-diviżjoni, u anke l-uffiċjali kienu jibżgħu minnha. 

Biex tgħaxxaq, ir-rieda li tkun miġġielda d-droga fil-ħabs fi żmien GonziPN ma kinitx teżisti. Tant hu hekk li f’mistoqsija Parlamentri mwieġba f’Diċembru tal-2011 mill-Ministru ta’ dak iż-żmien Carm Mifsud Bonnici, intqal li fil-ħabs ma kienx hemm apparat li permezz tiegħu setgħu jiġġieldu b’xi mod il-preżenza tad-droga. B’kuntrast, fl-aħħar snin, sar investiment massiċċ f’numru ta’ scanners u apparat sofistikat li jintraċċa s-sustanzi illegali. 

F’mistoqsija Parlamentari oħra mwieġba mill-is­tess Carm Mifsud Bonnici, kien ikkonfermat li apparti li bejn l-1998 u l-2003 ma kinitx tinżamm statistika dwar in-numru ta’ persuni pożittivi għad-droga, int­qal li bejn l-2004  u l-2011 kien hemm 400 priġunier li nstabu pożittivi għad-droga u 257 priġunier li rrifju­taw li jagħmlu t-test. L-iktar snin li fihom kienu nstabu persuni pożittivi kienu l-2008, meta dakinhar kien hemm 110 priġunieri pożittivi għad-droga, u l-2005, meta n-numru ta’ pożittivi kien 101. 

Konsapevoli li l-ebda rijabilitazzjoni effettiva ma tista’ tingħata kemm-il darba jkollok xi persuna jew oħra li tkun qed tabbuża mid-droga, fl-aħħar snin, taħt Amministrazzjoni tal-Partit Laburista, saret ġlieda sħiħa biex din il-problema tiġi eradikata.  Illum il-ġurnata hemm ħabs li huwa ħieles mid-­droga. 

Illum tabilħaqq teżisti sistema fejn tista’ ssir rijabilitazzjoni effettiva. Ibda biex, malli priġunier jidħol fil-ħabs, jinħadem care plan minn numru ta’ professjonisti, ibbażat b’mod totali fuq il-ħtiġijiet u l-bżonnijiet tal-priġunier. Dawn il-professjonisti jqisu numru ta’ fatturi, fosthom l-isfond soċjali, edukattiv u dak psikoloġiku tal-priġunier bħala individwu.

Dawk il-persuni li jidħlu fil-Faċilità bi storja ta’ teħid tad-droga, li hu numru sfortunatament mhux żgħir, jingħataw l-għajnuna mit-tim qawwi mediku u professjonali li llum jgħodd 87 ruħ. Dan jinkludi erba’ tobba, numru ta’ psikologi, psikjatri, social wokers, infermiera, dentisti u spiżjar fost l-oħrajn. B’kuntrast, taħt GonziPN, meta kien ikun hemm il-ħtieġa ta’ tabib, kien jintuża t-tabib taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid.  

B’kollaborazzjoni ma’ entitajiet bħal Caritas, illum priġunieri jistgħu jsegwu korsijiet ta’ rijabilitazzjoni mid-droga fiċ-ċentri tagħhom. Fl-aħħar sena tas-sentenza, jistgħu jmorru wkoll f’wieħed miż-żewġ half-way houses inmexxija abbilment mir-RiSe u l-Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl. Fi ftit jiem, se tibda topera wkoll it-tielet dar ta’ dan ix-xorta, l-ewwel waħda għan-nisa mir-RiSe. F’dawn il-programmi ta’ rintegrazzjoni, il-priġunieri jingħataw għajnuna sabiex jerġgħu jistabbilixxu ruħhom fis-soċjetà. 

ŻEWĠ RAPPORTI JIKXFU L-IPOKRESIJA GRASSA TAL-PN

Ir-rapport tal-Bureau għad-Demokrazija, id-Drittijiet tal-Bniedem u x-Xogħol li sar mid-dipartiment tal-Istat tal-Istati Uniti fl-2008 u r-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa, magħruf bħala s-CPT fl-2011, jikxfu l-­ipokresija grassa tal-Partit Nazzjonalista dwar il-mod kif dak iż-żmien GonziPN kien imexxi l-ħabs. Illum l-istess klikka qed tmexxi lil Bernard Grech minn imnieħru. 

Fir-rapport tal-Kunsill tal-Ewropa, li għamel żjara ta’ tlett ijiem fil-ħabs fl-2011, kien qal li l-qagħda li fiha sab lil ħabs tant kienet gravi li kien qiegħed ­jirrakkomanda audit indipendenti fuq l-operat tal-ħabs kollu. Talab li ġaladarba dan ir-rapport isir, jintbagħat lill-Kunsill tal-Ewropa u miegħu jintbagħat ukoll il-pjan li kellu jagħmel il-Gvern. Ma sibna l-ebda rapportaġġ li dan l-audit fil-fatt sar, u bħalma ġara b’numru kbir ta’ rapporti fi żmien Gvern ta’ GonziPN, fosthom dawk tal-Ombudsman, tal-Awditur Ġenerali u rapporti bħal dawn imsemmija, baqgħu biss jaqilgħu t-trab fuq l-ixkafef. 

Fost in-numru ta’ osservazzjonijiet li l-Kunsill tal-Ewropa għamel, kien qal li dak iż-żmien, fit-tmex­xija tal-ħabs, kien hemm Aġent Direttur u mhux Direttur li ma kellu l-ebda taħriġ biex jaħdem fil-ħabs jew kif jittratta lill-priġunieri. Osservazzjoni oħra kienet li n-numru ta’ persuni kwalifikati u mħarrġa jaħdmu fil-ħabs kien wisq żgħir meta mqabbel man-numru ta’ priġunieri, u li kien hemm kollass totali tad-dixxiplina, li wasslet biex tat saħħa lil numru ta’ priġunieri li spiċċaw imexxu l-ħabs huma u saħansitra joħolqu gruppi jew gangs fil-ħabs. 

L-istess rapport isemmi kif kien hemm traffikar tad-droga b’mod rampanti fil-Faċilità, nuqqas ta’ sigurtà u li ma kien hemm l-ebda sistema ta’ kif jittieħdu d-deċiżjonijiet. 

Ir-rapport isemmi wkoll li ma kien hemm l-ebda proċeduri stabbiliti, lanqas regoli ta’ proċedura miktuba. Ma kienx hemm lanqas sistema ta’ kif priġunieri jkunu mqassma fid-diviżjonijiet skont il-klassifikazzjoni tagħhom. 

Min-naħa l-oħra, fir-rapport li sar mid-Dipartiment tal-Istat Amerikan taħt is-sezzjoni tat-Tortura, trattament diżuman u kastigi, isemmi fost oħrajn li erba’  uffiċjali tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin tressqu l-Qorti akkużati li taw xebgħa lil priġunier li kien prova jaħrab fil-ħabs.

Fl-istess rapport, intqal ukoll kif kien hemm allegazzjonijiet li uffiċjali taw xebgħa lil żewġ immigranti u li minkejja li kien hemm xi sospensjonijiet, sal-aħħar ta’ dik is-sena, l-2008, ħadd ma kien tressaq quddiem il-Qorti. 

Dawn iż-żewġ rapporti jixhdu kemm il-klikka estremista ta’ GonziPN, u tabilħaqq il-Partit ­Nazzjonalista stess, huwa mgħerreq fl-ipokresija grassa. Illum qed jużaw rapport tal-Ombudsman li sar fuq il-qagħda tal-ħabs ta’ 2021, mingħajr ma jikkunsidraw, għax politikament ma jaqblilhomx, li fil-fatt kienu ttieħdu d-deċiżjonijiet mill-Ministru Camilleri fil-konfront tat-tmexxija tal-ħabs ta’ dak iż-żmien. L-istess Ministru Camilleri ħatar inkjesta indipendenti li għamlet numru ta’ rakkomandazzjonijiet li qed jiġu implimentati.

Fi stqarrija li ħareġ il-Ministeru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol malli ħareġ ir-rapport tal-Ombudsman, fakkar li, kif jindika r-rapport innifsu, din hija investigazzjoni li nbdiet fl-2021, bil-ħsieb li tiffoka fuq it-tmexxija tal-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin f’perjodu li issa jmur lura għal iktar minn tliet snin. Għamilha ċara li xorta waħda kull rapport ikun evalwat bis-serjetà u b’rispett lejn l-uffiċċju li jkun ippubblikah, f’dan il-każ l-uffiċċju tal-Ombudsman. 

Intqal kif tul il-perjodu li kien qed jinkiteb dan ir-rapport, irid ikun iċċarat ukoll li l-Ministeru nnifsu ħa diversi azzjonijiet, bi wħud minnhom issir proprju referenza għalihom f’dan ir-rapport, hekk kif kienu tliet snin ta’ bidliet u azzjonijiet kontinwi. 

Liema bidliet setgħu wkoll isiru għax fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin kienet miġġielda l-pjaga tad-droga, kif jirrikonoxxi r-rapport innifsu, hekk kif l-ebda rijabilitazzjoni ma setgħet issir f’ħabs li jkun mimli droga. 

Il-Ministeru temm jgħid li dan ma jfissirx li m’hemmx iktar ħidma xi ssir, iżda jrid ikompli bir-riformi bħal dawk biex tiġi mġedda l-liġi tal-parole u l-introduzzjoni tal-electronic monitoring li bħalissa qiegħda fi stadju parlamentari.

Minkejja dawn ir-riformi kollha, il-klikka estremista ta’ GonziPN li ħalliet frakass fil-ħabs, u li ġiet ikkundannata minn tal-inqas żewġ rapporti ċitati hawn, nhar it-Tnejn ordnat lill-Kap tal-Oppożizzjoni jressaq vot ta’ sfiduċja fil-Ministru Camilleri wara li l-ispeaker ta ruling fejn tenna li dan ir-rapport ma kienx ta’ natura urġenti biex jiġi diskuss. L-ipokresija grassa tal-Partit Nazzjonalista ma tistax tkun aktar ovvja minn hekk.

FOST L-INIZJATTIVI EWLENIN FL-AĦĦAR SNIN  

•⁠  ⁠ • It-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Kummissarju tal-Priġunieri 

• L-introduzzjoni ta’ care plan għal kull priġunier li jidħol fil-ħabs

• Xogħol fuq tliet half-way houses ġodda f’Malta. Waħda minnhom se tkun l-ewwel waħda għall-priġunieri nisa

• Sar xogħol fid-diviżjoni tan-nisa, sabiex ikun hemm post għall-omm u t-tarbija

• Saru aktar minn 40 Standard Operating Procedures li jittrattaw l-operat ta’ kuljum tal-Aġenzija

• Issaħħew is-sistemi diġitali, fosthom bl-Offender Management System, li tgħaqqad l-imsieħba kollha fis-settur

• L-istaff tal-professjonisti, li fost oħrajn jinkludi Psikologi, Psikjatri u Social workers, illum ilaħħaq is-87

• Żdiedu s-servizzi mediċi offruti, bħal dentistrija u oftalmoloġija. Illum fl-Aġenzija hemm erba’ tobba u magħhom 11-il infermier f’kull shift

• Sar admission hub, fejn priġunieri ġodda qed jagħmlu l-ewwel ġimgħa fiha qabel imorru jkunu assenjati d-diviżjoni

• Iddaħħal il-kunċett ta’ safe cell f’numru ta’ diviżjonijiet, fejn ikun hemm anke monitoraġġ permezz tas-CCTV

• Ġie ingaġġat uffiċjal edukattiv u ġie rinnovat iċ-ċentru edukattiv għall-priġunieri

• Ġie rinnovat iċ-ċentru ta’ taħriġ għall-uffiċjali

• Qed isir mental first aid kors lil kull ħaddiem fl-Aġenzija, kemm uffiċjali u kemm dawk pajżana

• Tkabbret u nbidlet b’mod komplut il-kċina tal-ħabs u magħha tjieb is-servizz tal-ikel

• Sar rinnovar tal-forensic unit u f’numru ta’ diviżjonijiet, liema xogħol huwa wieħed kontinwu

• Infetaħ post fil-Marsa biex il-priġunieri jiltaqgħu ma’ wliedhom f’ambjent ’il bogħod mill-ħabs

• Ingħataw iktar opportunitajiet ta’ xogħol permezz tal-prison industry

• Qed issir kollaborazzjoni ma’ diversi entitajiet biex jiġu offruti numru ta’ korsijiet, fosthom mal-MCAST

  • Facebook
  • WhatsApp
  • Twitter
  • LinkedIn
  • Copy Link
Avatar photo
KullĦadd

Il-profil diġitali tal-gazzetta KullĦadd fuq one.com.mt 📢📰 Segwi dan il-profil biex tkun aġġornat b’aħbarijiet, analiżi, rapporti esklussivi u opinjonijiet li jidhru fil-ħarġiet tal-KullĦadd. Kun l-ewwel li taqra l-istejjer li jimpurtawk billi tixtri l-gazzetta kull nhar ta' Ħadd għal €1!

Stay Connected on Subscribed

Aktar Artikli

  • Tissokta x-xhieda tal-“Koħħu” fil-ġuri dwar iż-żewġ omiċidji ta’ Caruana Galizia u Chircop

    13 ta' Mejju 2025
  • Wirja biex tiskopri l-ġawhriet moħbija fil-Knisja ta’ San Lawrenz fil-Birgu 

    13 ta' Mejju 2025
  • Ġlied bejn gruppi militari differenti fi Tripli … uffiċjali Maltin siguri

    13 ta' Mejju 2025
  • Ċikliżmu: Aidan Buttigieg u Deborah Schembri jirbħu  l-ewwel tiġrija  tal-Kampjonat Nazzjonali Time Trial

    13 ta' Mejju 2025
  • Atletika: Josann Attard Pulis u Mark Herera juru konsistenza fil-Hudson Race Series

    13 ta' Mejju 2025
  • ABOUT US
  • CONTACT US
  • ADVERTISE
  • SERVICES
  • PRIVACY POLICY
Manage Cookies
  • Facebook
  • Instagram
  • Youtube
Stay Connected on Subscribed

© 2021. All Rights Reserved. ONE Productions Ltd. Developed by iSupport™

We use cookies to ensure that we give you the best experience on our website. You can revoke your consent at any time.

We use cookies on our website to give you the most relevant experience by remembering your preferences and repeat visits. By clicking “Accept”, you consent to the use of ALL the cookies. However you may visit Cookie Settings to provide a controlled consent.
Cookie settingsACCEPT
Manage Cookies

Privacy Overview

This website uses cookies to improve your experience while you navigate through the website. Out of these, the cookies that are categorized as necessary are stored on your browser as they are essential for the working of basic functionalities of the website. We also use third-party cookies that help us analyze and understand how you use this website. These cookies will be stored in your browser only with your consent. You also have the option to opt-out of these cookies. But opting out of some of these cookies may affect your browsing experience.
Necessary
Always Enabled
Necessary cookies are absolutely essential for the website to function properly. These cookies ensure basic functionalities and security features of the website, anonymously.
CookieDurationDescription
_ga24 monthsThis cookie is installed by Google Analytics. Registers a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
_gid24 hoursRegisters a unique ID that is used to generate statistical data on how the visitor uses the website.
cookielawinfo-checbox-analytics12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookie is used to store the user consent for the cookies in the category "Analytics".
cookielawinfo-checbox-cookielawinfoconsent12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "consent"
cookielawinfo-checkbox- cli_user_preference12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "preference"
cookielawinfo-checkbox-necessary12 monthsThis cookie is set by GDPR Cookie Consent plugin. The cookies are used to store the user consent for the cookies in the category "Necessary".
viewed_cookie_policy12 monthsThe cookie is set by the GDPR Cookie Consent plugin and is used to store whether user has consented to the use of cookies. It does not store any personal data.
Analytics
Analytical cookies are used to understand how visitors interact with the website. These cookies help provide information on metrics the number of visitors, bounce rate, traffic source, etc.
Save & Accept