Mil-lejl li għadda, il-faċċati tal-Palazz ta’ Sant’Anton u l-Palazz tal-Verdala nxtegħlu b’lewn aħmar b’ġest ta’ rikonoxximent lill-eluf ta’ donaturi tad-demm.
Dan fl-istess waqt li jkompli jitkattar l-għarfien dwar il-bżonn kontinwu tad-donazzjonijiet tad-demm.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
It-tema magħżula mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għal din is-sena hija “Demm, plażma: naqsmu ħajjitna flimkien, nagħtu spiss.”
Fi stqarrija l-Presidenza ħeġġet lill-entitajiet tal-Gvern kif ukoll dawk privati biex ukoll iwettqu inizjattivi ta’ din ix-xorta filwaqt li, fuq kollox, tinkoraġġixxi l-għoti tad-demm.
Il-faċċati ta’ dawn il-Palazzi Presidenzjali se jibqgħu mixgħula sat-28 ta’ Ġunju.