L-Awtorità tal-Ippjanar ħabbret li f’Għawdex, kull żvilupp fiż-żoni urbani kollha jrid ikollu l-faċċati kollha mibnija bil-ġebla tal-franka u li ma tkunx miżbugħa.
Ċirkolari li ġiet ippubblika li se tiddetermina l-applikazzjoniet għall-iżvilupp, għandha l-għan li tippromwovi l-karatteristiċi uniċi ta’ Għawdex, li tkun differenti minn Malta.
Il-materjal u l-kuluri użati fl-aperturi u l-gallariji fuq il-faċċata tat-triq li tinsab fit-tarf tal-konfini tal-iżvilupp għandhom jintegraw bis-sħiħ mal-ġebla tal-franka.
Dan jistipula wkoll li f’każ ta’ applikazzjonijiet ta’ żvilupp li jinsabu barra miż-Żona ta’ Konservazzjoni Urbana, f’postijiet suġġetti għal kundizzjonijiet klimatiċi bħalma huma postijiet viċin xatt il-baħar, l-Awtorità tista’ tikkunsidra materjali naturali alternattivi.