Il-faċċata tal-Iskola Primarja Għajnsielem se tingħata dehra moderna, grazzi għall-proġett ta’ wall cladding, li qed isir bil-finanzjament tal-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar.
Dan il-proġett hu parti minn inizjattiva usa’ ta’ urban greening, li kienet tħabbret biex il-bitħa ta’ quddiem tal-iskola tinbidel fi ġnien miftuħ li jista’ jitgawda mhux biss mill-ġenituri u t-tfal tal-iskola, iżda wkoll mir-residenti t’Għajnsielem.
Il-Ministru Clint Camilleri spjega l-importanza ta’ dan il-proġett fejn qal li t-tisbiħ tal-faċċata tal-Iskola Primarja t’Għajnsielem se jagħti dehra ġdida lill-istituzzjoni li hi ċentru importanti għall-komunità.
Dan il-proġett hu mfassal biex jirrifletti kemm il-ħtieġa li binjiet pubbliċi jiġu aġġornati estetikament kif ukoll l-importanza li jiġu ppriservati u mtejbin iż-żoni pubbliċi.