L-arloġġ magħruf bħala il-Big Ben f’Londra ġie rrestawrat għall-kulur oriġinali tiegħu, blu, wara aktar minn sena ta’ xogħlijiet ta’ restawr. Il-Ħamis, residenti u turisti li kienu fl-inħawi tal-famuża pjazza tal-Parlament f’Westminster, raw għall-ewwel darba l-faċċata restawrata ta’ dan l-ikona.
Il-kulur tad-deheb u dak kaħlani huma eku tad-disinn oriġinali tal-monument, li jmur lura għal qabel l-1930. F’din is-sena, il-faċċata tal-arloġġ kienet miżbugħa kollha sewda.
Bħalissa, il-monument kollu, magħruf ukoll bħala l-Elizabeth Tower, qed jiġi rrestawrat, u x-xogħlijiet fuqu mistennija jitlestew fis-snin li ġejjin.