Is-sena d-dieħla, l-akbar festa ta’ mużika fl-Ewropa se ssir f’Rotterdam fl-Olanda.
Dan wara li din is-sena, għall-ewwel darba f’64 sena, il-Eurovision Song Contest ġie ikkanċellat minħabba l-pandemija tal-Coronavirus.
Madanakollu, xorta ttella’ spettaklu deskritt minn bosta bħala eċċezzjonali, bil-limitazzjonijiet u ċ-ċirkostanzi straordinarji.
Bit-tema, Europe Shine a Light, twasslet ċelebrazzjoni ta’ mużika u divertiment fid-djar tal-familji.
Matul is-serata, intwerew siltiet mill-vidjows mużikali tal-kantanti li kienu serjieħdu sehem din is-sena fosthom id-diska Maltija All of my Love mill-kantanta żagħżugħa Destiny, li se tirrapreżenta lil pajjiżna fl-edizzjoni tas-sena d-dieħla.
Is-Sibt filgħaxija spikkaw ukoll xeni minn pajjiżi Ewropej fosthom pajjiżna, b’Villa Bighi fil-Kalkara, fl-isfond ta’ mużika orkestrali.
Waqt is-serata speċjali tas-Sibt, instemgħu wkoll l-ilħna eċċezzjonali ta’ eks-rebbieħa tal-Eurovison.
Fosthom Johnny Logan li rebaħ il-festival tliet darbiet. JIDHER JKANTA AT 5:50
Ta s-sehem tiegħu wkoll, il-grupp Svediż ta’ fama mondjali ABBA, li kien rebaħ il-Eurovision fl-1974 bid-diska Waterloo. Wieħed mill-membri tal-grupp, għadda messaġġ mimli emozzjoni u ta’ kuraġġ. AT 1:46:45
Björn Ulvaeus mill-grupp ABBA stqarr: “ESC is one hell of a launching pad. And it still remains one of the most generally joyous events of the TV air and it is so discharmingly European, it allows you to escape and be happy even forget about the Coronavirus for a little while knowing it will be back next year.”