Il-Eurovision Song Contest li ġej se jiġi organizzat f’Turin, fl-Italja.
Il-European Broadcasting Union, l-EBU, għadha kif ħabbret uffiċjalment li l-belt fit-Tramuntana tal-Italja se tkun qed tilqa’ s-66 edizzjoni tal-Eurovision Song Contest.
Is-sala li minnha se jixxandar dan l-ispettaklu grandjuż hija PalaOlimpico, li tista’ tesa’ qrib is-16,000 ruħ għall-avvenimenti bħall-kunċerti.
Turin hija t-tielet belt li se torganizza l-Eurovision fl-Italja wara Napli fl-1965 u Ruma fl-1991.
L-Italja rebħet il-Eurovision ta’ Mejju li għadda li sar f’Rotterdam.
Il-grupp Måneskin rebaħ il-Eurovision bil-kanzunetta ‘Zitti E Buoni’.
L-istazzjon RAI se jkollu f’idejh il-produzzjoni tal-Eurovision tas-sena d-dieħla.