L-Unjin tax-Xandir Ewropew ilbieraħ ikkonferma li għat-tieni sena konsekuttiva se l-Eurovision Song Contest se jkun qed jixxandar esklussivament fl-Istati Uniti.
Dan ifisser li se jkun qed jixxandar l-Final Grandjuż b’mod dirett u b’xejn is-Sibt 13 ta’ Mejju fejn għal din is-sena se jkunu qed jieħdu sehem 42 pajjiz.
Dan il-festival jilħaw madwar 200 miljun persuna minn madwar id-dinja u jarawh bosta persuni ta’ kull età.
Din is-sena l-kantanta Claudia Faniello se tkun qed tirrappreżenta lil Malta bil-kanzunetta ‘Breathlessly’.