Kienet saret tradizzjoni li l-pajjiż li jirbaħ il-Eurovision Song Contest, jospita dan l-istess festival is-sena ta’ wara. F’xahar minn mindu l-Ukrajna rebħu l-Eurovision Song Contest, l-EBU (European Broadcasting Unit) bdew jesploraw il-possibilita’ mal-istazzjon nazzjonali Ukren sabiex bħalma sar fl-2005 u fl-2017, il-Eurovision Song Contest ikun mtella’ fl-Ukrajna.
L-EBU ħadet f’kunsiderazzjoni l-gwerra li għaddejja bħalissa fl-Ukrajna u b’għafsa ta’ qalb ikkonkludiet li l-Eurovision ma jistax jiġi ospitat fl-Ukrajna. Filwaqt li rringrazzjat lill-istazzjon nazzjonali Ukren UA:PBC, skont ir-regoli issa l-EBU ser tibda diskussjoni ma’ BBC, f’isem ir-Renju Unit, il-pajjiż li kklassifika fit-tieni post, biex potenzjalment jospitaw il-Eurovision tas-sena d-dieħla.
L-istqarrija maħruġa mill-EBU tintemm tgħid billi ser isir ftehim li l-Ukrajna jkollha sehem fl-edizzjoni tal-Eurovision 2023