Eurovision Asia Song Contest. Le din mhux ċajta u saħansitra hija xi ħaġa uffiċjali.
Il-European Broadcasting Union (EBU) ħarġet riklam b’dan il-kunċett li mistenni jibda dalwaqt. Għalissa kollox jidher fi stadju bikri u ħadd ma jaf kemm il-pajjiż mistenni jipparteċipa f’dan il-festival maħsub li hu immirat għal pajjiżi Asjatiċi.
Ara dan ir-riklam impressjonanti li ħabbar il-kunċett ta’ Eurovision Asia Song Contest.