Is-sit internazzjonali Euronews semma kif pajjiżna huwa destinazzjoni perfetta għal dawk imlaqqmin kompletament kontra l-COVID-19.
F’artiklu fuq Malta, ġie elenkat li pajjiżna qed ilaqqam lil nies li għandhom aktar minn tnax-il sena, u ġie rrimarkat li pajjiżna kien l-ewwel fl-Unjoni Ewropea li laħaq l-immunità għall-virus.
F’dan l-artiklu ntqal li t-turisti li jiġu Malta jridu jippreżentaw ċertifikat tal-vaċċin, bħala prova li huma kompletament imlaqqma.
Il-Euronews jgħid li pajjiżna huwa mimli bil-kultura u bajjiet li wieħed jista’ jmur u jitpaxxa fihom.
Intqal ukoll kif pajjiżna għandu storja ta ’l fuq minn sebat elef sena, mit-tempji preistoriċi għall-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
L-artiklu ta ħarsa lejn l-attivitajiet skedat għal Settembru, fosthom il-festival tan-nar, li l-qofol tiegħu jintlaħaq fl-għoxrin ta’ Settembru fil-Port il-Kbir.
Issemmew ukoll l-avvenimenti ‘Agħti Widien’, ‘Malta Rocks’ u s-26 edizzjoni tal-Airshow.