Il-UEFA pposponiet il-Euro għas-sajf tal-2021 minħabba l-imxija tal-Coronavirus. Dan ħabbritu l-assoċjazzjoni tal-futbol Norveġiża.
B’hekk it-turnament Ewropew tal-futbol huwa mistenni li jsir bejn il-11 ta’ Ġunju u l-11 Lulju.
Dan it-turnament kien ippjanat li jsir bejn 12 ta’ Ġunju u t-12 ta’ Lulju ta’ din is-sena fi 12-il pajjiż differenti.
Il-UEFA Nations League u l-European leagues ta’ taħ il-21 sena wkoll ġew postposti għas-sajf li ġej.
Filwaqt li t-tournament Ewropew tan-nisa huwa mistenni li jibda fis-7 ta’ Jannar, erbat ijiem qabel il-final tat-turnament tal-irġiel, kif propost.
L-Assoċjazzjoni tal-futbol Norveġiża ħabbret dan fuq twitter. Il-UEFA għad trid tikkonferma.