Il-Kummissjoni għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità (CRPD) esprimiet diżappunt għall-fat li armar tal-festa qed jimblokka aċċess għal bankina għal persuni li jużaw is-siġġu tar-roti.
Fi stqarrija, il-Kummissjoni spjegat li biswit il-Bażilika ta’ Santa Elena ġie armat anġlu fuq kolonna quddiem rampa li toffri aċċess għall-bankina u għal ATM. Il-Kummissjoni ikkuntattjat membri tal-kleru responsabbli mill-festa, li skont l-istess Kummissjoni, “irreżistew kull tibdil li seta’ jwassal għal soluzzjoni li tirrispetta d-drittijiet ta’ persuni b’diżabilità”.
Jidher li dan il-każ ġie rrappurtat ukoll lill-Għassa ta’ Birkirkara.