Statistika miġbura mill-aġenzija servizz.gov turi li fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, kienu rreġistrati aktar minn disgħa u ħamsin elf żjara fil-wieħed u għoxrin ċentru reġjonali, kif ukoll fiż-żewġ ċentri tekniċi ta’ servizz.gov.
Min-naħa l-oħra, fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, il-Freephone wieħed, ħamsa tlieta wieġeb total ta’ mitejn u tnejn u tletin elf, mija u sitt elef telefonata. L-ikbar numru ta’ mistoqsijiet kien dwar is-sigurtà soċjali.
Fl-ewwel kwart ta’ din is-sena, il-klijenti ta’ servizz.gov aċċessaw is-sit mitejn sebgħa u tmenin elf, ħames mija u disgħa u tmenin darba.
It-total ta’ mobile apps fil-maltapps tniżżlu aktar minn ħdax-il elf u erba’ mitt darba. L-iktar app li tniżżlet kienet COVID Alert Malta li tniżżlet aktar minn erbat elef u mitejn darba.