Ir-rispons globali għall-pandemija tal-COVID-19 wassal għal nuqqas rekord ta’ emissjonijiet tal-karbonju mit-Tieni Gwerra Dinjija.
Ir-riċerka uriet li l-emissjonijiet naqsu b’madwar 7% matul din is-sena.
Franza u r-Renju Unit raw l-akbar nuqqas minħabba r-restrizzjonijiet tal-pajjiż u l-għeluq ta’ diversi stabbilimenti.
B’kuntrast għaċ-Ċina fejn mistennija tara żieda drastika.
Skond il-Global Carbon Project, din is-sena rat l-emissjonijiet tal-karbonju jonqsu b’2.4 biljun tunnellata.
B’kuntrast mar-riċessjoni globali tal-2009 fejn kienet biss nofs biljun tunnellata filwaqt li t-tmiem tat-Tieni Gwerra Dinjija rat l-emissjonijiet jinżlu għal taħt il-biljun tunnellata.