B’rabta mal-imxija tal-Coronavirus, bħalissa qed isiru taħdidiet bejn il-Prim Ministru Ġappuniż u l-kumitat tal-Olimpjadi rigward il-pass ‘il quddiem.
Filwaqt li l-kumpanija tal-ajruplani Boeing f’Seattle għalqet taħt kwarantina għal 14-il jum.
Kif ukoll is-Senegal u l-Kosta tal-Avorju ddikjaraw stat ta’ emerġenza fil-pajjiż. Fis-Senegal hemm 79 każijiet ikkonfermati u tmienja minnhom huma rrikoverati.
Wara xahrejn, fil-belt ta’ Wuhan minn fejn oriġina l-virus, fit-8 ta’ April ser jieqaf il-lockdown. Filwaqt li f’partijiet oħra tal-provinċja ta’ Hubei ser iwaqqfu r-restrizzjonijiet fuq l-ivjaġġar fil-25 ta’ Marzu.
Sadanittant fiċ-Ċina ġew ikkonfermati 78 każ ġdid fejn 74 minnhom kienu msiefra. Dawn l-każijiet tfaċċaw wara li l-pajjiż ma kellux każijiet ġodda f’5 t’ijiem.
Fil-Filippini hemm 501 każ ikkonfermati, 33 mejta u 19 rikoverati.