It-tifqiegħa tal-Coronavirus qed taffettwa ħażin l-iswieq internazzjonali. Dan hekk kif rapporti fil-midja barranin ikkonfermaw li l-iswieq Ewropej u Asjatiċi ħadu daqqa l-isfel.
Fil-fatt esperti mondjali jgħidu li din kienet l-agħar ġimgħa fuq livell globali sa mill-2008, meta faqqgħet il-kriżi ekonomika mondjali.