Tobba fil-Ġappun wissew illi preżentament is-sistema tas-saħħa tal-pajjiż ma tiflaħx għal aktar każijiet ġodda tal-coronavirus. Id-Dipartiment tal-Emerġenza ma għandhomx biżżejjed mezzi sabiex jassistu lil pazjenti oħra li għandhom kundizzjonijiet serji ta’ saħħa minħabba l-piż żejjed li qed jitfa’ l-Coronavirus fuq is-sistema.
Skont uffiċjali tas-saħħa, grupp ta’ tobba li jipprattikaw il-mediċina ġenerali fil-kapitali Ġappuniża Tokjo qed jassisitu l-isptarijiet fit-testijiet tal-Coronavirus sabiex itaffu l-influss qawwi fuq is-sistema tas-saħħa fil-Ġappun.
Id-Deputat Mexxej tal-Assoċjazzjoni tat-Tobba li jipprattikaw il-mediċina ġenerali qal illi f’dan iż-żmien kulħadd irid imidd idejh. Intant fil-Ġappun hemm 10,000 każ irraportat b’aktar minn 200 imwiet.