L-organizzazzjoni dinjija għas-Saħħa, il-WHO, qalet li mhux qed tqis il-Coronavirus li feġġ fiċ-Ċina bħala Pandemija. Skont kriterji tagħha, xi ħaġa tkun meqjusa bħala pandemija jekk marda ġdida tinfirex mad-dinja kollha.
S’issa, 427 persuna mietu kawża ta’ dan il-virus u aktar minn 20,000 każ ġie kkonfermat, il-biċċa l-kbira fiċ-Ċina.
It-Tlieta, Singapore, il-Malażja u t-Tajlandja wkoll ikkonfermaw każi ta’ dan il-virus fuq persuni li ma kinux ivvjaġġjaw lejn iċ-Ċina riċenti. Fl-istess jum, il-Filippini kkonfermaw li persuna mietet kawża ta’ dan il-virus.