L-imxija tal-Coronavirus hija l-ikbar sfida li qed taffaċċja d-dinja mit-Tieni Gwerra Dinjija.
Qal dan is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Magħquda Antonio Guterres, li wissa dwar il-possibilità ta’ riċessjoni li bħalha d-dinja qatt ma rat.
Din it-twissija ġiet fost previżjonijiet dwar l-impatt ekonomiku li mistennija jħallu l-miżuri imposti biex jiġġieldu l-virus.
In-numru ta’ każijiet ikkonfermati madwar id-dinja, ilaħħaq it-860,000, b’aktar minn 42,000 mewt.
L-imwiet fl-Istati Uniti jlaħħqu l-4,000 – numru ogħla mill-każijiet fatali fiċ-Ċina minnfejn oriġina l-virus is-sena l-oħra.