“Il-Coronavirus kważi qatlitni.” Dawn kienu l-ewwel kliem ta’ Matthias Kentzia, iż-żagħżugħ Malti li spiċċa fit-taqsima tal-kura intensiva fi Spanja wara li ġie infettat bil-Coronavirus.
Fuq il-midja soċjali, Kentzia qal li mar id-dar wara ġimagħtejn jissielet kontra l-Coronavirus u qabditu l-pulmonite.
Iż-żagħżugħ Malti qal li huwa għandu 27 sena, fejn għex ħajja sana u attiva. Qal li ma kellux kundizzjonijiet ta’ saħħa, iżda l-virus kważi pparalizzatu bid-deni u kellu bżonn l-ossiġnu lejl u nhar.
Matthias qal li kulħadd huwa vulnerabbli, filwaqt li sostna li l-professjonisti tas-saħħa għandhom jingħataw kull rispett u ġieh talli qed jagħmlu ħilithom biex isalvaw il-ħajjiet tan-nies. Huwa appella sabiex kulħadd jibqa’ f’daru, jaħslu idejhom ta’ spiss u jisimgħu mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Temm il-messaġġ tiegħu billi qal li toqgħod id-dar mhux faċli u ta’ sagrifiċċu, però qal li aħjar hekk milli ġo sodda bla saħħa tissielet għall-ħajthek.